Veru Li x-Xitan Jaghtik Kull Ma Titolbu?
Fr Franco Fenech

img

Veru Li x-Xitan Jaghtik Kull Ma Titolbu?
Fr Franco Fenech

Veru li x-xitan, lil dawk li jikkonsagraw ruhhom lilu, huwa kapaci jaghtihom dak kollu li jitolbuh? X’inhuma dawk l-affarijiet li generalment jitolbu lix-xitan? Dawn huma: gid materjali, poter, sess sfrenat, hakma fuq l-ohrajn, unuri, success, hajja twila, vendetta minn xi hadd li jkun weggahhom, sahha fizika u fakultajiet ohra fizici ‘il fuq minn normal u ohrajn… Xi whud, minghand ix-xitan, ma rnexxielhom jiksbu xejn minn dan kollu li semmejna. Hafna ohrajn imtlew bit-tama ghaliex ghall-ewwel ircevew xi haga minn dak li talbu imma mbaghad kollox waqaf hemm. Ohrajn, li huma l-ftit, dehrilhom li l-hajja taghhom imbidlet kompletament: saru fortunati f’kollox, donnhom jirnexxu f’kull progett u attivita’ li jaghmlu, jirnexxielhom jiksbu poter u hakma fuq l-ohrajn, il-gid materjali ma jonqoshomx. Fi ftit zmien ghamlu karriera, kisbu fama, success, dhul finanzjarju, posizzjonijiet socjali ta’ mportanza. Imma x-xitan huwa ‘missier il-gideb’ u ghalhekk dak li jaghtik huwa biss apparenti u ghal ftit zmien. Huwa fil-fatt ma jistax jiggarantilek li dak li weghdek, iwettqu. Jigi mument li dak l-imperu li tant jidher kbir f’ghajnejk, jaqa’ kollu f’daqqa u mieghu ifarrak lil dawk kollha li poggew it-tama u l-fiducja taghhom fih!

Forsi xi whud jistghu jghidulek: imma ghaliex kultant nitlob lil Alla u donnu ma jismanix filwaqt li x-xitan jaghtik dak li titolbu? Tajjeb inzommu f’mohhna li x-xitan jaghtik dak li trid u mhux dak li ghandek bzonn ghax hu, fil-verita’, ma jimpurtahx minn hajtek, imma ghax ghandu mibeghda lejk, irid biss ikissrek u permezz tieghek jivvendika ruhu minn Alla, iwegga’ lil Alla. Dan bhal meta l-genituri jcahhdu lil uliedhom minn xi haga li jafu li tista’ taghmlilhom il-hsara jew li ghadu mhux il-waqt li jkollhom. Jekk it-tifel jirnexxielu jakkwista dak li jrid minghand il-hbieb tieghu, jibda’ jahseb li l-hbieb ihobbuh aktar mill-genituri tieghu, li l-hbieb jimportahom minnu aktar mill-genituri tieghu u l-hbieb huma b’sahhithom (finanzjarjament) aktar mill-genituri tieghu. Imma fil-verita’ ma jkunx hekk. Dik li minn naha tal-hbieb tidher ‘imhabba’ ma tkun imhabba xejn ghax dak li jaghtuh jista’ jwassal biex jaghmillu hsara ghal sahhtu jew ghal hajtu.

Irridu nzommu f’mohhna li l-ghan ewlieni tax-xitan huwa li jbezza’ u jhawwad l-erwieh biex ikaxkarhom fid-disperazzjoni jew fid-dnub u biex iwassalhom fit-telfien ta’ dejjem. Hu jaf li meta l-bniedem ibati ikun aktar facli li jirribella kontra Alla u ghalhekk jipprova jgieghel lill-bniedem ibati permezz ta’ weghdiet fiergha li ma jwasslu mkien hlief ghad-distruzzjoni tieghu innifsu. Imma Alla qatt ma jabbanduna il-kreaturi tieghu f’halq ix-xitan u joffrilu l-mezzi kollha biex jircievi l-ghajnuna necessarja biex ikun jista’ jieqaf lix-xitan, jikkumbattih u jirbahlu.