Is-Satanizmu
Fr Franco Fenech

img

Is-Satanizmu
Fr Franco Fenech

Ix-xitan m’ghandux hbieb, imma ghandu biss skjavi li ‘jemmnu’ li huma hbieb tieghu.  Wiehed isir suggett (skjav) tax-xitan meta, ghax ikollu din il-konvinzjoni falza li x-xitan huwa habib tieghu, jaghmel patt mieghu u b’hekk jaccetta lix-xitan bhala dak li jmexxilu hajtu, id-decizjonijiet tieghu u il-futur tieghu. Dan il-patt, generalment isir permezz ta’ firma miktuba bid-demm tal-persuna stess li jittiehed minn qata’ li ssir f’wiehed mis-swaba tal-id jew fil-pala tal-id.  Fuq ras il-persuna mbaghad jigi msawwab id-demm li generalment ikun ta’ xi annimal jew tas-‘sacerdot’ li jmexxi l-laqghat satanici, halli b’hekk il-persuna tigi mghammda. Waqt ir-rit ta’ inizjazzjoni, li generalment isir fil-privat bejn il-kap sataniku u l-persuna, jinghata l-ktieb tal-ligijiet satanici.  Ir-rit ta’ inizjazzjoni jista’ jsir ukoll bit-tishib f’rit sataniku apposta fejn is-‘sacerdot’ jikkonsagra lill-persuna lil Satana.  Din hija decizjoni volontarja u libera li l-persuna tkun qed taghmel u ghalhekk taghmel hafna hsara ghax tkun qed tiftah berah il-qalb taghha u l-ezistenza taghha ghal Satana.  Mhux l-ewwel darba li f’idejna, bhala ezorcisti, jigu  dawn il-pattijiet miktubin bid-demm minhabba li l-persuna li tkun ghamlitu tinduna bl-izball taghha.  Dawn il-pattijiet jigu mahruqa u jsir talb specifiku fuq il-persuna halli tigi mehlusa minn dan l-iskjavitu’ kbir.  Il-helsien ta’ dawn il-persuni ma jkunx facli u generalment il-persuni jridu jghaddu minn process twil u mpenjattiv fejn mhux biss jigu liberati imma wkoll ikkatekizzati (imharrgin fit-taghlim ta’ Gesu’ u l-knisja) u meghjuna biex,  mhux biss jemmnu imma jafdaw hajjithom f’idejn il-Mulej li hu s-Sid tal-hajja taghna.

Filwaqt li l-possessjoni (ara artiklu precedenti)  mhix xi haga li tkun trid il-persuna, imma xi haga li jkollha toqghod ghaliha,  li wiehed joffri ruhu lix-xitan hija ghazla  libera tal-persuna u biha joffri l-gisem u r-ruh tieghu lil Satana.  Peres li din hi xi haga li l-persuna stess tkun trid u tixtieq, twassal ghal rabta morali kbira bejn il-persuna u x-xitan. Il-persuna ssir kollaboratrici diretta fil-hidma tax-xitan. Forsi wiehed jistaqsi: dawk li huma satanisti jaghmlu gesti straodinarji bhal persuni li huma posseduti mix-xitan? Ir-risposta hija: Le! Is-satanista li jikkonsagra ruhu  lix-xitan, anki jekk dan jaghmlu b’decizjoni hielsa tieghu, ma jurix fih innifsu s-sinjali li jigu mill-hidma straordinarja tax-xitan.  Dan ghaliex  ix-xitan lill-persuni li huma ‘tieghu’  ma jittormentahomx bil-fenomeni tipici tal-vessazzjoni jew tal-possessjoni, sakemm jibqghu taht idejh.  Imma jekk kemm-il darba, il-persuna li qabel kienet ikkonsagrata lix-xitan, tiddeciedi li tikser il-patt taghha mieghu, allura x-xitan jordna li din il-persuna ssofri l-effetti kollha tal-vessazzjoni jew possessjoni dijabolika.  Dan isir ghax,  peres li x-xitan huwa supperv, ma jridx jitlef lil min kien ikkonsagra ruhu lilu u ghalhekk permezz tat-tbatija u t-tfixkil jipprova jikkonvinci lill-persuna biex tonora l-patt li qabel tkun ghamlet mieghu.  Satana ma jaccettax facilment li dawk li taw lilhom infushom lilu, ikollhom mill-gdid il-liberta’. Dan zgur jikkonfermawh hafna mill-ezorcisti li affrontaw problemi ta’ dan it-tip.