|
Il-Kummissjoni twaqqfet b’digriet ta’ l-Arcisqof bid-data tat-13 ta’ April 1995, bil-ghan li
1. tistudja l-fenomeni konnessi ma’ l-okkult, l-ispiritizmu u s-satanizmu, kemm mil-lat teologiku kif ukoll mil-lat tax-xjenzi naturali, specjalment tal-psikologija, psikjatrija u parapsikologija, li jistghu jaghtu kontribut siewi hafna u kultant necessarju ghal dixxerniment awtentiku dwar dawn il-fenomeni;
2. li zzomm lill-Arcisqof infurmat dwar dak li jkun qed jigri fl-Arcidjocesi f’dan il-kamp, l-aktar dwar zviluppi godda jew ta’ importanza;
3. li taghti lill-Arcisqof pariri dwar il-hidma pastorali possibbli f’dan il-qasam;
4. li tghin lill-membri tal-Knisja li jiffaccjaw, b’mod konformi mat-taghlim u l-prattika tal-Knisja, dawn il-fenomeni.
Bhala membri ta’ din il-Kummissjoni, ghal perijodu ta’ hames snin, u skond ir-regoli l-ohra stabbiliti fl-istess Digriet, l-Arcisqof hatar bhala Ezorcisti Ufficjali lil:
President: P. Elija Vella O.F.M. Conv.
Segretarju: P. Marcello Ghirlando O.F.M.
Membri: P. Joseph Borg S.J.; P. Ugo Cremona O.P.
B'digriet ta' l-1 ta' Lulju 2005, L-Ecc Tieghu, Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca gedded il-hatra tal-membri tal-Kummissjoni u apponta zewg sacerdoti Frangiskani Kapuccini bhala Ezorcisti Ufficcjali. Dawn huma:
P. John Vella O.F.M Cap
P. Franco Fenech O.F.M Cap
|